Hekk kif għal jum ieħor l-ajruport ta’ Munich baqa’ jinżamm magħluq minħabba l-ammont kbir ta’ borra li niżla, l-Air Malta kellha tħassar titjiriet minn u lejn din il-belt.
Il-belt Ġermaniża fl-aħħar sigħat intlaqtet minn tempesta ta’ borra u għalhekk hu imposibbli li l-ajruport jibqa’ jopera. Fil-fatt fl-ajruport hemm maqbud ajruplan tal-Air Malta bil-piloti u l-ekwipaġġ ma jafux meta jistgħu jirritornaw lura d-dar.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li dawk il-klijenti li kienu bbukkjaw titjira diretta mal-Air Malta jistgħu jitolbu rifużjoni billi jikkuntattjaw lill-kumpanija fuq [email protected].
Dawk il-klijenti li kienu bbukkjaw ma’ aġenzija tal-ivvjaġġar għandhom ikellmu lill-kumpanija rispettiva tagħhom, filwaqt li dawk li jridu jbiddlu d-destinazzjoni tagħhom jistgħu jċemplu fuq 00356 21662211.