Monday, May 13, 2024

L-ajruport ta’ Vjenna bi pjan ta’ tfaddil… kien investa anke fl-ajruport Malti

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Grupp tal-Ajruport ta’ Vjenna, li għamel investimenti fl-ajruport Malti u anke f’dak tas-Slovakkja, ħabbar pjan biex inaqqas mill-infiq fiċ-ċirkostanzi preżenti. Barra minn hekk, se jiżgura li jibqa’ għaddej grazzi għall-għajnuna li se tingħatalu mill-istat. 

Dan il-grupp, li 40% tiegħu hu proprjetà tal-belt ta’ Vjenna, qal ukoll li se jikkanċella dividend li kellu jingħata lix-shareholders. Minħabba l-Coronavirus, in-numru ta’ passiġġieri li jużaw l-ajruport ta’ Vjenna naqas b’żewġ terzi matul Marzu. 

Matul dan ix-xahar ra tnaqqis ta’ 99% fin-numru ta’ passiġġieri. Dan hekk kif il-linji tal-ajru tal-Awstrija, li l-passiġġieri tagħhom jammontaw għal 40% tal-passiġġieri ta’ dan l-ajruport, waqqfu t-titjiriet sa nofs Mejju u qegħdin jitolbu għajnuna mingħand l-istat. 

Għaldaqstant, l-ajruport ta’ Vjenna qed jagħmel pjan ta’ tfaddil ta’ €220 miljun u naqqas l-investiment għal inqas minn €100 miljun. Barra hekk, qed ibassar li se jagħmel qligħ ta’ €870 miljun.

Sport