Waqt is-seduta parlamentari tal-lejla, il-Parlament sellem il-memorja ta’ Carmen Arrigo; omm Robert Arrigo li mietet is-Sibt li għadda.
Minn naħa tiegħu d-Deputat Prim Ministru u Ministru Chris Fearne qal li r-relazzjoni ta’ bejn l-ulied u l-omm hija xi ħaġa speċjali u li għalkemm għexet sal-età ta’ 91 sena, uliedha se jibqgħu jħossu n-nuqqas tagħha.
Fearne qal li Carmen kienet miżżewġa lil Ralph; persuna attivissimu li bena l-Arrigo Group of Companies u li hi kellha rwol sinifikanti f’dan is-suċċess.
Iżda l-akbar attribut tagħha kienet il-familja u xhieda ta’ dan huma l-valuri li għaddiet lill-erbat ulied tagħha li kompliet tikber bin-neputijiet u l-proneputijiet.