Il-Ħadd li għadda, The Malta Records iċċertifikat żewġ rekords nazzjonali abbinati ma’ żmien il-Milied.
L-ewwel rekord jikkonsisti fl-ikbar faċċata ta’ residenza mżejna għall-Milied li fiha 85.5 piedi wisgħa u 82 pied għoli.

It-tieni rekord huwa dwar l-ikbar ammont ta’ bozoz LED li ntużaw għat-tiżjin tal-faċċata, b’total ta’ 20,520 bozza.
Dawn ir-rekords issa jappartjenu lis-Sur Matthew Conti u d-dar tinsab f’Ħal Lija, biswit il-Knisja Parrokkjali.
