Thursday, December 26, 2024

L-akbar impjant nukleari Ewropej qed isofri minn qtugħ ta’ dawl kawża ta’ attakki mill-missili Russi

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bħalissa l-ikbar impjant nukleari fl-Ewropa, dak ta’ Zaporizhzhia, jinsab mingħajr provvista tal-elettriku, hekk kif matul il-lejl li għadda r-Russja attakk lill-Ukrajna b’numru ta’ missili. Din hija propju s-sitt darba li l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Zaporizhzhia fl-Ukrajna esperjenza qtugħ ta’ dawl.

Dan tħabbar minn wieħed mill-operaturi nukleari tal-Energoatom, intrapriża statali li topera l-erba’ impjanti nukleari fl-Ukrajna.

F’dan ir-rigward, il-Kap tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Nukleari (IAEA), Rafael Grossi, ħareġ twissija dwar qtugħ fil-provvista tal-elettriku tal-impjant imsemmi hawn fuq, u żied jgħid li hemm l-eventwalità illi d-dawl jinqata’ kompletament.

Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Enerġija tal-Ukrajna, Herman Halushchenko, ikkundanna l-attakki tal-missili Russi bħala “attakk ieħor qawwi” fuq l-infrastruttura tal-enerġija Ukrena.

Il-Ministru Halushchenko qal li diversi faċilitajiet fir-reġjuni ta’ Kyiv, Mykolaiv, Kharkiv, Zaporizhzhia, Odesa, Dnipropetrovsk u Zhytomyr kienu fil-mira tal-armata Russa.

Ekonomija

Sport