“L-akbar investiment li qatt sar fis-servizzi tas-saħħa mentali f’pajjiżna”

Aqra wkoll

Il-Gvern qed iwettaq l-akbar investiment li qatt sar fis-servizzi tas-saħħa mentali f’pajjiżna. Fi żjara li għamilt riċentament, fl-Isptar Mount Carmel  spjegajt li l-Gvern jemmen li l-kura fl-isptar għandha tingħata għall-inqas żmien possibbli. 

Iddikjara dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Ian Borg fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Id-Deputat Prim Ministru rrimarka li waqt l-istess żjara fisser kif qed ingħataw l-aħjar servizzi permezz ta’ swali ġodda, mgħammra bl-aqwa ambjent għal dawk li jkunu jeħtieġu s-servizzi għal perjodu qasir sabiex jingħataw il-kura akuta li jeħtieġu. 

Enfasizza li l-pjanijiet tal-Gvern huma li jkomplu jibnu fuq il-ħidma tas-snin li għaddew filwaqt li nirrikonoxxu u nindirizzaw l-isfidi li għad fadal. 

Tenna billi qal li qed iħares ’il quddiem għal aktar investiment, fosthom il-proġett li qed jitnieda fl-Isptar Mater Dei fejn ser jinbnew swali ġodda tal-psikjatrija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport