Monday, November 11, 2024

L-Akkademja Olimpika Maltija tikkonkludi l-Olympic Education Experience għas-Sena Skolastika

Aqra wkoll

L-Akkademja Olimpika Maltija fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) dan l-aħħar temmet is-Schools Olympic Project u l-Olympic Education Experience għas-Sena Skolastika 2023/2024.

Iż-żewġ proġetti huma offruti għall-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. L-iSchools Olympic Project huwa mmirat għal studenti tal-Iskejjel Nofsani u Sekondarji, filwaqt li l-Olympic Education Experience hija immirata lejn studenti tal-Ħames Sena li jattendu l-iskejjel primarji.

Dawn iż-żewġ inizjattivi jiffokaw fuq il-promozzjoni tal-Valuri Olimpiċi permezz ta’ programmi dinamiċi, fejn il-parteċipanti wkoll jimpenjaw ruħhom f’sessjonijiet interattivi u jiltaqgħu m’atleti Maltin li ħadu sehem f’xi Loghob Olimpiku, fejn  jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-parteċipanti.

Fit-tentattivi tiegħu biex jagħti perspettiva usa’  ta’ dawn il-valuri u lill-Moviment Olimpiku, l-KOM ingħaqad mal-Kumitat Paralimpiku ta’ Malta, biex l-istudenti jkunu jistgħu jiksbu rakkonti tal-esperjenzi f’kompetizzjonijiet internazzjonali.

Il-programm ta-liSchools Olympic Project ra lill-parteċipanti jieħdu sehem f’diversi dixxiplini, fosthom Atletika-Cross Country, Basketball, Chess, Football (Irġiel), Football (Nisa), Handball, Netball, Rugby, Squash, Table Tennis, Volleyball, Water Polo.   L-avveniment finali għas-sena skolastika kien festival tal-futbol għal Bniet u Subien U13 u U15.

Dawn l-avvenimenti kienu strumentali biex jenfasizzaw il-valuri mħaddna mill-moviment Olimpiku – Eċċellenza, Rispett, u Ħbiberija – filwaqt li juru x’hemm bżonn biex wieħed jimmira li jsir parti mill-Moviment Olimpiku. Il-parteċipanti kienu mħeġġa jadottaw dawn il-valuri fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Fost l-Olympians li pparteċipaw f’dawn il-programmi kien hemm Matthew Abela (Badminton), Eleanor Bezzina (Sparar), u William Chetcuti (Sparar), flimkien magħhom kien hemm il-medallisti tal-GSSE Janet Richard (Atletika) u Clive Farrugia (Sparar).

Dawk li jirrappreżentaw il-moviment Paralimpiku kienu l-għawwiema Paralimpiċi Thomas Borg u Maja Theuma, u l-para-atleti Kurt Farrugia u Nick Mercieca it-tnejn li huma ġejjin mill-isport tal-qdif.

Dawn il-programmi ttellgħu mill-Akkademja Olimpika tal-Kumitat Olimpiku Malti u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet rispettivi.

Sport