Wednesday, July 24, 2024

Juventus iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Adrien Rabiot

Aqra wkoll

Juventus qed jirsistu ferm sabiex iġeddu l-kuntratt tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Adrien Rabiot. Id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli qed jaħseb li joffrilu kuntratt ta’ sentejn li jista’ jiġġedded anke għat-tielet sena ġaladarba jkun irid jibqa’ magħhom.

I Bianconeri se jippruvaw jieħdu vantaġġ minn liġi li għamel il-gvern Taljan fuq it-taxxa għal min ilu iktar minn ħames snin jaħdem fl-Italja. Rabiot jista’ jieħu vantaġġ minn din il-liġi peress li ilu jilgħab ħames snin ma’ Juventus.

Il-ħsieb hu li Rabiot jaqla’ €7.5 miljun fis-sena.

Ekonomija

Sport