Wednesday, July 24, 2024

Napoli viċin li jakkwistaw lil Mario Hermoso?

Aqra wkoll

Napoli jinsabu viċin li jakkwistaw lid-difensur ċentrali ta’ Atletico Madrid Mario Hermoso. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u se jiskadilu l-kuntratt tiegħu mal-Colchoneros sal-aħħar ta’ dan l-istaġun. Din hi aħbar tajba għall-president Aurelio de Laurentis li b’hekk mhux se jħallas ċenteżmu wieħed sabiex jakkwista lil dan il-plejer.

Hermoso jaf ikun dak id-difensur li i Partenopei kien jonqoshom fejn wara t-tluq ta’ Kim ma’ Bayern Munich fl-istaġun li għadda ma sabux sostitut denju għalih.

Ekonomija

Sport