Saturday, December 21, 2024

L-Akkademja tal-Malti ssellem lil Guido Lanfranco

Aqra wkoll

L-Akkademja tal-Malti ssellem lil Guido Lanfranco li miet nhar il-festa tal-Vitorja, fit-8 ta’ Settembru 2021, fl-għomor ta’ 90 sena. 

Guido Lanfranco, iben Joseph u Mary Abela, twieled fit-18 ta’ Ottubru 1930. Huwa kien riċerkatur, għalliem ta’ diversi suġġetti, kollezzjonista u kittieb ta’ diversi kotba li jittrattaw l-identità Maltija, fosthom dawk relatati mal-folklor Malti u l-flora u l-fawna fil-Gżejjer Maltin. Għamel snin president ta’ diversi għaqdiet, u mexxa diversi xandiriet fuq ir-radju u t-televiżjoni u ta anke taħditiet u korsijiet inkluż fl-Università tat-Terza Età.

Kiteb mijiet ta’ artikli u tella’ diversi wirjiet. Fl-1968 ingħata Midalja tal-Bronż tal-Mertu mill-Konfederazzjoni tal-Kunsilli Ċiviċi u fl-1996 ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika (M.Q.R.).

Il-President u l-membri tal-Kunsill jixtiequ jfissru s-sogħba tagħhom lil martu Salvina, lil binhom Sandro u binthom Graziella u jgħaddu l-kondoljanzi lill-qraba u lil ħbiebu wkoll.

Ekonomija

Sport