Wednesday, April 24, 2024

Innominat Kummissarju għas-Saħħa Mentali ġdid

Aqra wkoll

Dr Dennis Vella Baldacchino ġie innominat għall-kariga ta’ Kummissarju għas-Saħħa Mentali.  Huwa ser jieħu post Dr John Cachia li serva f’ din il-kariga mill-2012 ’il hawn.  

Dr Dennis Vella Baldacchino se jassumi l-pożizzjoni ta’ Kummissarju għas-Saħħa Mentali nominat  mill-1 ta’ Ottubru 2021 u se jieħu l-ħatra uffiċjalment mill-1 ta’ Diċembru 2021.  

Preżentament, Dr Vella Baldcchino jokkupa l-kariga ta’ Uffiċjal Mediku Ewlieni fil-Ministeru  għas-Saħħa.  

Il-Ministeru għas-Saħħa jirringrazzja lil Dr John Cachia għas-servizz tiegħu tul dawn l-aħħar disa’  snin filwaqt li jawgura kull suċċess lil Dr Vella Baldacchino.

Sport