Sunday, November 24, 2024

L-akkomodazzjonijiet f’lukandi tal-mexxejja, id-delegati u dawk li se jattendu għall-G20

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Apparti s-sigurtà kbira li se jkun hemm fi New Delhi tul is-Summit tal-G20 2023 fid-9 u l-10 ta’ dan ix-xahar, l-arranġamenti jinkludu bbukjar ta’ kmamar għall-akkomodazzjoni f’aktar minn 30 lukanda għall-mexxejja u d-delegati li se jattendu ggħal dan l-avveniment;

Skont sorsi rrapportati fuq “Business Today”, il-President Biden se joċgħod f’ITC Maurya Sheraton. Is-servizzi sigrieti se jkunu għassa f’kull pjan ta’ din il-lukanda u se jkun installat lift apposta li se jintuża mill-President Amerikan biex jitla’ fil-kamra tiegħu fl-14-il pjan. Madwar 400 kamra ġew ibbukjati f’din l-lukanda;

Il-President Jinping se jmur f’Taj Palace mentri l-Prim Ministru Sunak jingħad li se joqgħod fil-lukanda Shangri-La. Il-President Macron mistenni li jmur fil-lukanda Claridges mentri l-Prim Ministru Albaniż huwa bbukjat fil-lukanda Imperial;

Id-delegati Torok se jiġu milqugħa fil-lukanda “Oberoi” mentri dawk ta’ Mauritius, l-Olanda, in-Niġerja u Spanja f’Le Meridien. Id-delagazzjonijiet Ċiniżi u Brażiljani se jkunu f’Taj Palace mentri l-Indoneżjani u Awstraljani tpoġġew fil-lukanda Imperial;

Id-delegazzjonijiet mir-Renju Unit u l-Ġermanja għandhom akkomodazzjoni fil-lukanda Shangri-La u d-delegazzjoni mill-Italja u minn Singapore se jkunu fil-Hayat Regency;

Id-delegazzjoni mill-Istati Uniti se jkunu f’Maurya Sheraton, id-delegazzjoni minn Oman fil-lukanda Lodhi, dik Franċiża fil-lukanda Claridges u d-delegazzjoni tal-Bangladesh fil-Grand Hyatt f’Gurugram;

Il-lukanda Lalit se tilqa’ d-delegazzjonijiet Kanadiżi u Ġappuniżi mentri l-Oberoi Gurugram se jkollha fiha d-delegazzjoni Koreana. Id-delegazzjoni Eġizzjana se tmur fl-ITC Sheraton f’Saket; dik tas-Sawdi Arabja fil-lukanda Leela f’Gurugram u d-delegazzjoni tal-Emirati Għarab Magħquda (UAE) se jmorru fil-lukanda Taj Mahal li tinsab f’Delhi;

F’Delhi, ITC Maurya, Taj Mansigh, Taj Palace, il-lukandi Oberoi, Lalit, The Lodhi, Le Meridien, Hyatt Regency, Shangri-La, Leela Palace, il-lukanda Ashoka, Eros, The Surya, Radisson Blu Plaza, JW Marriott, Sheraton, The Leela Ambience Convention, il-lukandi Pullman, Rosette u The Imperial se jkollhom id-delegati fihom;

Sadanittant f’NCR, il-Vivanta (Surajkund), ITC Grand (Gurugram), Taj City Centre (Gurugram), il-Hyatt Regency  (Gurugram), The Oberoi (Gurugram), WestINN (Gurugram) u l-Crown Plaza (Greater Noida) se jakkomodaw lil dawk il-persuni li se jattendu għal dan is-summit prestiġġjuż.

Sport