Monday, May 13, 2024

Premier League Ingliż: Liverpool jiddominaw lil Aston Villa

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Liverpool iddominaw il-konfront kontra Aston Villa hekk kif ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 … fejn ir-rebħa setgħet kienet akbar iżda Darwin Nunez ġie mċaħħad mil-lasta darbtejn. 

Kien l-akkwist il-ġdid, Dominik Szoboszlai (3), li fetaħ l-iskor għar-Reds li mbagħad irduppjaw minn auto-goal ta’ Matty Cash (22). 

ll-partita kienet mirbuħa fil-55 minuta meta Mohamed Salah kompla fix-xibka minn daqqa ta’ ras ta’ Nunez. 

C. Palace v Wolves – F’partita pjaċevoli, Crystal Palace għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 3-2. 

Il-goals tal-Palace waslu minn doppjetta ta’ Odsonne Edouard (56, 84) u Eberechi Eze (78) filwaqt li Hee-Chan Hwang (65) u Matheus Cunha (93) wieġbu għal Wolves.  

Sport