Friday, October 25, 2024

L-AKL tniedi parti mill-viżjoni 2019-2024 dwar il-Mobiltà Sostenibbli

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali, immexxija mill-President Mario Fava fl-aħħar jiem nidew parti mill-viżjoni 2019-2024 dwar il-Mobiltà Sostenibbli.

Għal din l-attività attendiet u għamlet l-indirizz tagħha s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.

Dan il-pilastru jikludi fih oqsma differenti li b’ xi mod jew ieħor jirrelataw mas-sostenibbiltà mobbli fil-lokalitajiet tagħna.

Din il-ħidma qed isir bħala parti mill-viżjoni tal-istess Assoċjazzjoni li hija bbażata fuq;

  • Mobbiltà Sostenibbli,
  • Spażji Miftuħa,
  • Ambjent Urban u
  • Bliet Intelliġenti
  • Vizjoni li ġiet imnedija lura fl-2019, fejn b’mod proattiv, il-Kunsilli Lokali kienu diġà qed jitkellmu fuq dan li tant qed isir enfasi fuqu llum minn kulħadd.
    Id-dokumenti relatati ma’ Mobbiltà Sostenibbli jħarsu lejn l-oqsma:
  • Mixi u l-Aċċessibbiltà,
  • ‘Shared Transport’,
  • Parkeġġ
  • L-Aħħar Mil
  • Infrastruttura ghal Karozzi Elettrici.
    L-għan aħħari ta’ dan kollu huwa li b’mod progessiv innaqqsu d-dipendenza fuq il-vetturi u mmorru lejn soċjetà aktar b’saħħitha, sigura u attivà.

Mario Fava qal li “bla dubju, numru ta’ miżura huma meħtieġa li jkunu implimentati biex dan isir, kemm biex innaqqsu n-numru ta’ vetturi fit-toroq tagħna kif ukoll biex nindirizzaw il-problema tal-parkeġġ fl-ibliet u rħula tagħna.

Jekk ikollna nagħtu eżmepju, pjanijiet aktar ħodor ta’ vjaġġar, il-possibbiltà li nivvjaġġaw b’mod aktar nadif, kemm bħala individwi kif ukoll bħala kumpaniji privati u entitajiet pubbliċi, inizjattivi ta’ ‘remote working’ u l-bżonn ta’ żieda fi spazji ta’ parkeġġ madwar postijiet tax-xogħol u residenzi huma kollha konsiderazzjonijiet li rridu npoġġu f’kuntest.”

F’artiklu li kien kiteb il-President tal-AKL kien sostna li “żieda fi drawwiet ġodda bħal xiri bl-Internet, servizzi governattivi onlajn, tisħieħ fil-qalba diġitali, investiment fl-infrastruttura għal mixi u mezzi alternattivi ta’ transport, kollha għandhom benefiċċji ambjentali u kollha jikontribwixxu għat-tnaqqis fil-konġessjoni tat-traffiku, tinġiż fl-arja u tnaqqsi fi ħsejjes ikkaġunati mit-traffiku nnifsu.

Fl-istess waqt, minkejja l-oġġettiv hu ċar, il-parti l-kbira tal-popolazzjoni tiddependi minn vetturi privati biex isir l-ivvjaġġar u qagħdi personali. Konsegwentament, il-problemi tal-parkeġġ huma reali u ma jistgħux jiġu njorati. Kien propju għalhekk li nħasset il-ħtieġa li din il-materja tiġi nkulża u studjata taħt il-pillastru tal-mobbiltà sostenibbli, fil-qafas tal-viżjoni tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali.”

Sport