Fid-dawl tal-aħbar riċenti dwar l-allegat tbagħbis fil-kilometraġġ ta’ karozzi second-hand importati mill-Ġappun, l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed tinforma lill-konsumaturi li huma affettwati sabiex jinnotifikaw lill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur billi jiftħu ilment online permezz ta’ din il-link: https://mccaa.org.mt/home/complaint jew billi jċemplu 8007 4400.
Huwa importanti li mal-ilment ikun hemm id-dokumenti kollha neċessarji, fosthom il-prova tax-xiri, l-isem tal-bejjiegħ u kull dokument ieħor relatat maħruġ minn Transport Malta.
Rigward passi investigattivi ulterjuri, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur ser ikun qed jiġbor aktar informazzjoni mingħand il-konsumaturi affetwati u skont dak li jirriżulta ser ikun qed jieħu l-passi meħtieġa.