Monday, December 23, 2024

“L-allegazzjonijiet dwar l-elezzjoni kienu bla bażi”

Times of Malta b’rapport dwar l-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija wara allegazzjoni ta’ ‘whistleblower’

Aqra wkoll

Il-ġurnal Times of Malta, f’rapport li ġie ppubblikat dalgħodu qalu li f’risposta mingħand il-Pulizija dwar il-voti fl-elezzjoni li għaddiet, “kienu allegazzjonijiet bla bażi”.

Il-pulizija investigaw persuna waħda dwar l-allegazzjonijiet li saru minn ‘whistleblower’ li karti tal-identità ta’ persuni mejtin ġew użati biex twettqu frodi fil-voti waqt l-aħħar elezzjoni ġenerali. Il-kelliem tal-Pulizija qal lil Times of Malta li dawn l-allegazzjonijiet kienu kollha bla bażi.

Kien ix-xahar li għadda meta dawn l-allegazzjonijiet saru permezz ta’ rikors li ġie pprezentat fil-Qorti ta’ Malta minn raġel li wkoll qed jallega li twettqu diversi irrgolaritajiet fil-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan minn Transport Malta.

Fir-rikors tiegħu l-‘whistleblower’ allega li karti tal-identità ta’ persuni mejtin ingħataw lil residenti barranin li jgħixu f’Malta u tħallsu l-eluf biex jivvotaw lil Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni. Allega li hu personalment jaf b’persuni li ħadu dawn il-karti tal-identità.

“S’issa l-pulizija rċiviet isem wieħed biss ta’ persuna fejn saru l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa u ġie kkonfermat li dawn l-allegazzjonijiet ma kellhom l-ebda bażi,” qal il-kelliem tal-pulizija lil Times of Malta.

Ekonomija

Sport