Monday, May 13, 2024

132 tobba ġodda jingħaqdu mas-servizz tas-saħħa

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ltaqa’ ma’ wħud mit-tobba l-ġodda li f’dawn il-ġimgħat ingħaqdu mas-servizz tas-saħħa wara li temmew b’suċċess l-istudji tagħhom.

132 tabib issieħbu fil-Malta Foundation Programme, li hija l-ewwel fażi tal-karriera tat-tobba f’Malta. Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn it-tobba, 109 minnhom, iggradwaw mill-Università ta’ Malta u magħhom ingħaqdu tobba li gradwaw minn universitajiet Ewropej oħra.

Id-Deputat Prim Ministru feraħ lil dawn it-tobba tal-isforzi akkademiċi tagħhom u awguralhom vjaġġ ta’ taħriġ b’saħħtu. Huwa assigurahom li minkejja li dan il-vjaġġ huwa wieħed twil, huwa wieħed li jħalli sodisfazzjon kbir meta fl-aħħar mill-aħħar jaraw pazjenti jfiequ bil-kura li joffru. Il-Ministru Fearne fakkarhom li l-professjonisti tas-saħħa huma s-sinsla tas-servizz eċċellenti li jingħata f’pajjiżna u ħeġġiġhom sabiex jistinkaw u jżommu l-ogħla livelli ta’ kwalità ta’ servizz lill-pazjenti.

Sport