Tuesday, April 30, 2024

Il-Parroċċa tax-Xagħra tfakkar il-50 sena anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-istatwa

Aqra wkoll

Il-Parroċċa tax-Xagħra f’Għawdex illum qed tfakkar il-50 sena anniversarju minn meta l-Isqof Nikol Cauchi poġġa kuruna tad-deheb fuq l-istatwa ta’ Marija Bambina li tinżamm b’tant għożża.

L-Istatwa kienet saret mill-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri, li wettaq tant opri ta’ arti fil-gżejjer Maltin, biex imbgħad aktar tard tul is-snin kienet ġiet irrestawrata minn ibnu Alfred.

Dalgħodu fil-5.00am l-istatwa ta’ Marija nħarġet fil-bieb tal-Bażilika biex tkun ta’ qima għal poplu tax-Xagħra u anke għal dawk kollha li matul il-ġurnata żaruha jew għad iridu jmorru jżuruha.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jibqgħu għaddejjin sa tard illejla biex imbgħad fit-8 ta’ Settembru meta ssir il-festa tal-Vittorja. Ix-Xagħra sar Parroċċa fl-1688.

Sport