Monday, May 13, 2024

Madwar 14,000 persuna jattendu għall-ewwel kunċert ta’ André Rieu

Aqra wkoll

Madwar 14,000 persuna lbieraħ imlew il-fosos tal-Floriana fejn attendew għall-ewwel kunċert ta’ André Rieu. Is-Surmast Olandiż offra spettaklu mill-aqwa flimkien mal-orkersra tiegħu Johann Strauss.

Fost il-biċċiet li ndaqqu waqt l-ewwle kunċert kien hemm Nel blu dipinto di blu, Ballade pour Adeline, Voilà, Can’t Help Falling in Love with You u Oh Happy Day fost oħrajn.

Il-kunċert intemm b’mod spettakolari hekk kif indaqqu Blue Danube u Radetsky March u b’sorpriża għal kulħadd indaqqet il-kanzunetta tant popolari mal-Maltin – Xemx.

Illejla jsir it-tieni kunċert ta’ André Rieu filwaqt li diġà għaddejjin pjanijiet biex is-sena d-dieħla dan is-surmat ta’ fama mondjali jerġa’ jagħti wirjiet f’pajjiżna.

Sport