L-Ambaxxatur tal-UNESCO jgħid li r-risposta tiegħu ġiet manifestament żbaljata u qarrieqa

0
2

Mons. Dr Joe Vella Gauci, Ambaxxatur d-Delegat Permanenti ta’ Malta għall-UNESCO, qal li meta kien ġie mistoqsi minn kamra tal-aħbarijiet lokali dwar parties li qed isiru jew se jsiru f’postijiet li huma Wirt Dinji, kif ġiet rraportata r-risposta tiegħu bħala “evażiva” hija manifestament żbaljata u qarrieqa.

L-Ambaxxatur jgħid li hu mhux f’pożizzjoni li jesprimi fehmiet personali dwar kwiistjonijiet ta’ din in-natura – fatt li hu kkomunikajt b’mod ċar mal-ġurnalist.

L-istqarrija li ħareġ l-Ambaxxatur biex jirribatti l-artiklu tgħid li “filwaqt li ċertament għandi l-ħsibijiet tiegħi stess, l-irwol ta’ Ambaxxatur huwa li jippreżenta n-nazzjon tiegħu, mhux lilu nnifsu. Fid-diplomazija, ma teżistix ‘opinjoni personali.’ ‘Minħabba li kliemi inevitabbilment jitqies mil-lenti tal-politika uffiċjali, irrid nirriżerva l-kummenti tiegħi strettament għal kwistjonijiet relatati mal-Istat biex nevita konfużjoni li mhix intenzjonata,” kompla jgħid l-Ambaxxatur Vella Gauci.

Jgħid li l-qarreja tal-artiklu ppubblikat fuq il-midja lokali għandhom iżuru s-siti elettroniċi uffiċjali tal-UNESCO u l-ICOMOS sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-linji gwida internazzjonali stabbiliti li jirregolariżżaw attivitajiet ta’ din ix-xorta, ittemm tgħid l-istqarrija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here