Saturday, October 26, 2024

L-ambjent fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern

Aqra wkoll

L-ambjent jikkontribwixxi bil-kbir għall-kwalità tal-ħajja li ngħixu u aktar ma jgħaddi ż-żmien, qed ikompli jikber fl-importanza tiegħu. Illum l-ambjent m’għadux “buzz word” imma prijorità u dritt ta’ kull ċittadin biex igawdi kwalità ta’ ħajja aħjar. L-importanza tal-ambjent żdiedet bl-impatt tal-pandemija COVID-19. Tassew, il-pandemija ġabet magħha għarfien ġdid fuq l-ambjent tagħna u ressqitna aktar lejh.

Ħafna sar tul dawn l-aħħar snin biex kull wieħed minna jgawdi minn ambjent aħjar. Ħafna sar biex pajjiżna tassew jindirizza l-kunċett ta’ sostenibiltà. Ta’ importanza kbira kienu proġetti ambjentali bħal – ECOHIVE – l-ikbar investiment fl-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna, li se tkun qed tirrivoluzzjona l-mod kif pajjiżna jimmaniġġja l-iskart u tmexxi lil pajjiżna lejn l-ekonomija ċirkolari. 

Ta’ importanza hija l-ħidma sfiqa tal-gvern biex tkompli tiġi konsolidata l-idea li l-iskart ġġenerat minn pajjiżna għandu jiġi riċiklat. Ta’ importanza hija l-politika tal-gvern biex inkomplu inħaddru pajjiżna. Għaqlija kienet id-deċiżjoni tal-gvern biex tigi rriveduta il-Fuel Stations Policy, li fiha restrizzjonijiet kbar fuq l-ODZ. Kritiku kien il-pass tal-gvern biex żoni ġodda jingħataw iktar protezzjoni billi jiffurmaw parti min-netwerk tal-Unjoni Ewropea Natura 2000. Għaqli kien il-pass biex id-Development Planning Fund (DPF) ikompli jagħti l-frott favur il-benesseri tas-soċjetà. Dan biex ma nsemmux inizjattivi oħra meħuda riċenti li permezz tagħhom negozji jistgħu jibbenefikaw minn għotja ta’ €20,000 biex jitnaqqas l-użu tal-plastik permezz ta’ skema tal-Malta Enterprise.

Il-Gvern Laburista però ħass li dan ma kienx biżżejjed. Ħass li l-politika tiegħu għanda timxi pass ieħor biex tassew l-ambjent naturali u anke dak urban jipprovdu l-kundizzjonijiet neċessarji sabiex in-nies, il-familji u t-tfal igawdu minn ħin ta’ kwalità flimkien. Dan il-pass qed isir ukoll biex l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna ma jkunx ta’ detriment għall-ambjent ta’ madwarna. Kien ghalhekk li l-miżuri ambjentali mħabbra fil-budget huma bbażati fuq il-viżjoni tal-Gvern għas-snin li ġejjin, il-Malta ta’ għada. Huma wkoll miżuri li jwittu t-triq għal ekonomija ħadra u reżiljenti, l-ekonomija li pajjiżna. Fuq kollox, il-miżuri mħabbra, mistennija jħallu effett fiż-żmien li ġej u għodda biex tiġi implimentata l-viżjoni tiegħu, viżjoni li tpoġġi l-ambjent, l-ekonomija u l-qasam soċjali fuq l-istess livell. 

Sport