Friday, December 13, 2024

L-Amerikan li ngħata qalb ta’ ħanżir imut xahrejn wara t-trapjant

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Xahrejn wara esperiment innovattiv fejn għall-ewwel darba fl-istorja tal-mediċina sar trapjant ta’ qalb ta’ ħanżir li kien ġenetikament modifikat f’pazjent uman, fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt tar-raġel li fuqu sar dan it-trapjant.

David Bennett ta’ 57 sena miet it-Tlieta fiċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Maryland. It-tobba ma qalux il-kawża eżatta tal-mewt, u qalu biss li l-kundizzjoni tiegħu kienet bdiet tiddeterjora diversi jiem qabel.

Iben Bennett faħħar lill-isptar u qal li jinsabu grati għal kull mument innovattiv u kull lejl bla rqad li kien jikkaratterizza dan l-isforz storiku. Huwa qal li jittamaw li din l-istorja tkun il-bidu tat-tama u mhux it-tmiem.

It-tobba għal għexieren ta’ snin fittxew li xi darba jużaw l-organi tal-annimali għal trapjanti li jsalvaw il-ħajja.

Għall-ewwel il-qalb tal-majjal kienet qed taħdem, u l-isptar Maryland ħareġ aġġornamenti perjodiċi li Bennett deher li kien qed jirkupra bil-mod. Ix-xahar li għadda, l-isptar ħareġ filmat tiegħu jara s-Super Bowl mis-sodda tal-isptar waqt li kien qed jaħdem mat-terapista tiegħu.

Wara l-proċedura, it-tobba qalu li t-trapjant wera li qalb ġenetikament modifikata minn ħanżir tista’ tintuża fil-ġisem tal-bniedem mingħajr rifjut immedjatament.

Fi stqarrija fil-jum ta’ qabel l-operazzjoni, is-Sur Bennett qal: “Jew immut jew nagħmel dan it-trapjant. Irrid ngħix. M’għandi l-ebda garanzija li l-esperiment se jirnexxi iżda din hija l-aħħar għażla tiegħi.”

Ekonomija

Sport