Wednesday, October 9, 2024

L-Amerikana Megan Rapinoe se ttemm il-karriera internazzjonali

Aqra wkoll

Megan Rapinoe se temm il-karriera internazzjonali tagħha mal-Istati Uniti b’partita ta’ ħbiberija kontra l-Afrika t’Isfel fl-24 ta’ Settembru li ġej.

Hija lagħbet f’erba’ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja fejn rebħet dawk tal-2015 u l-2019. 

Qabel it-Tazza tad-Dinja 2023 hija kkonfermat il-pjani tagħha biex tirtira meta l-istaġun tan-National Women’s Soccer League (NWSL) jintemm f’Novembru.

“Meta naħseb lura fuq l-aħħar 30 sena l-emozzjonijiet ewlenin tiegħi huma l-ferħ u l-gratitudni,” qal Rapinoe.

“Kien vjaġġ inkredibbli. Se tkun speċjali li jkolli din l-aħħar opportunità biex nilgħab għal pajjiżi u jkolli ċ-ċans li nirringrazzja lil sħabi u lil kull min kellu impatt fuqi bħala persuna u player matul is-snin. “

Ir-rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb fl-2019, ippreżentant 203 darba lill-Istati Uniti, fejn skorjat xejn inqas minn 63 goal, u għenet ukoll lil pajjiżha jirbaħ id-deheb fl-Olimpjadi ta’ Londra li saru fl-2012. 

Sport