Tuesday, December 24, 2024

L-Amerikani jidhru li xorta waħda se jisfidaw il-varjant u jsiefru

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minkejja li hemm żieda fir-restrizzjonijiet f’diversi pajjiżi minħabba l-Omicron, miżuri li jinkludu limitazzjonijiet fl-ivjaġġar fiż-żoni ħomor u ħomor skuri, rapport mis-CNN qal li ħafna Amerikani jidhru li xorta waħda se jisfidaw il-varjant u jsiefru.

Fl-estimi tal-ivjaġġar għal dan iż-żmien ta’ festi, l-Assoċjazzjoni tal-Moviment Amerikana (AAA) qiegħda tbassar li aktar minn 109 miljun Amerikani se jivjaġġaw tul il-ġimgħa ta’ festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Jekk dan l-ammont verament jintlaħaq, se jkun viċin ħafna t-total ta’ 119 miljun vjaġġaturi li kienu jsiefru fi żmien il-Milied qabel ma faqqgħet il-pandemija.

Id-dati li l-AAA qiegħda taħseb li jsir dan il-moviment kollu huma bejn it-23 ta’ Diċembru u t-2 ta’ Jannar. Fl-ajruporti huwa mistenni li jmorru 6.4 miljun persuna biex isiefru u dan l-ammont imbassar minn AAA huwa t-tripplu tan-numru tas-sena l-oħra.

Uffiċjal tat-trasport lokali, David Pekoske, fil-bidu tal-ġimggħa qal li l-jum tal-Milied se jkun wieħed bieżel ħafna iżda mistenni jkun inqas mill-festa popolari Amerikan “Thanksgiving”. Din l-aħħar festa rreġistrat vjaġġar ta’ 2,451,300 fil-jum wieħed biss nhar it-28 ta’ Novembru li għadda. Dan l-ammont kien 85% tat-total li kien irreġistat fl-istess jum tal-2019, jiġifieri qabel ma faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19.

Min-naħa l-oħra l-United Airlines qiegħda tistenna li s-safar fi żmien il-festi li ġejjin se jkun aktar bieżel mit-“Thanksiving” tant li qiegħda tbassar numri rekord għaż-żmien tal-pandemija. Din il-linja tal-ajru qalet li mistennija ta’ kuljum twassal 420,000 passiġġieri fid-destinazzjonijiet tagħhom. Dan jikkwantifika għal madwar tmien miljun passiġġieri għal żmien il-festi. 

Fil-fatt il-United Airlines diġà ppjanat li żżid 200 titjira kuljum bil-għan li tilħaq mad-domanda tal-klijenti li jridu jtiru magħha.

Aqra l-analiżi sħiħa: L-Omicron se jħassar il-Milied?

Ekonomija

Sport