Storja ħelwa u ta’ ispirazzjoni hija dik tal-anzjana Indiana, Kuttiyamma, li minkejja l-età ferm avvanzata tagħha qatgħet xewqitha billi fl-aħħar irnexxielha titgħallem taqra u tikteb. Li teduka ruħha kienet minn dejjem il-ħolma tagħha.
Minn mindu kienet żgħira, din l-anzjana ta’ 104 riedet tkun illitteratta iżda żwieġ bikri u ħajja kkonċentrata biss fuq il-faċendi tad-dar, waqfuha milli titgħallem l-affarijiet bażiċi akkademiċi bħalma huma l-qari u l-kitba.
Il-ħolma tagħha saret realtà meta fl-aħħar ingħaqdet fi programm edukattiv sponsorjat mill-gvern lokali tant li fl-età ta’ 104 hija setgħet taqbad ktieb f’idejha u tgawdih u anke tikteb xi sentenzi.
Din l-anzjana ta’ kuraġġ kbir saret popolari u l-istorja tagħha nfirxet fuq il-midja wara li marret tajjeb ħafna f’eżami li poġġiet għalih fejn ġabet marka għolja fil-letteratura ta’ 89 fuq 100.