Wednesday, April 24, 2024

Emile Smith Rowe dubjuż għal kontra Everton

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Arsenal Mikel Arteta ammetta li Emile Smith Rowe huwa dubjuż  għall-partita tal-Premier League ta’ nhar it-Tnejn ma’ Everton.

Il-player ta’ 21 sena fetaħ l-iskor b’mod stramb kontra Manchester United f’nofs il-ġimgħa qabel ma ġie sostitwit minn Bukayo Saka fis-70 minuta.

Is-sostituzzjoni ta’ Smith Rowe fil-bidu kienet maħsuba li kienet deċiżjoni tattika, iżda Arteta issa żvela li l-internazzjonali Ingliż se jkollu bżonn jiġi evalwat minħabba “injury”.

Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti fil-konferenza stampa tiegħu ta’ qabel il-logħba, Arteta qal: “Sofra injury waqt il-logħba u ddeċidejna li nneħħuh. Ilu jevolvi sew fl-aħħar jiem, għalhekk irridu nistennew sa għada biex naraw kif tkun il-kundizzjoni tiegħu”

Il-goal ta’ Smith Rowe f’Old Trafford kien il-ħames goal tiegħu fl-istaġun tal-Premier League, li erbgħa minnhom waslu fl-aħħar sitt logħbiet tiegħu fil-Premier League.

L-attakkant jingħaqad ma’ Sead Kolasinac u Granit Xhaka li wkoll qed jirkupraw minn injury, filwaqt li l-goalkeeper tat-tieni għażla Bernd Leno ma kienx imsejjaħ għall-konfront kontra Man United minħabba injury fil-groin.

Sport