Thursday, March 28, 2024

L-Arċisqof ifakkar il-vittmi tal-inġustizzji fit-tqassim tal-ġid tad-dinja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-Omelija tiegħu fiċ-ċelebrazzjoni f’Jum it-Tifkira mill-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, L-Arċisqof Charles Sciculna qal li l-kefen m’għandux but.

Scicluna fakkar li f’din id-dinja, dak kollu li jkollok, inkluż id-dejn tħallih warajk u miegħek tieħu biss dak li tkun għamilt f’ħajtek mal-proxxmu.

L-Arċisqof qal li f’dan il-jum jitfakkru ġenerazzjonijiet sħaħ li raw it-tmiem ta’ ħajjithom ħesrem minħabba d-deċiżjonijiet ta’ ħaddieħor, l-inkwiet bejn il-popli u l-kefrija tal-bnedmin.

Huwa tkellem dwar l-għafsa ta’ qalb ta’ dawn il-vittmi, l-umanità li teqred lilha nnifisha u tħalli saħansitra vittmi f’etajiet bħalma huma 18-il sena, 19-il sena, 21 sena u 25 sena. Tkellem dwar il-preġju tal-ħajja u d-dover li nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ingawdu ħajjitna. Qal li l-ġenituri jaraw li jiggwidaw lil uliedhom biex ma jaqgħux fil-vizzji biex igawdu l-ħajja, iżda uħud jispiċċaw jintbagħtu għall-qatla mill-istat stess minħabba r-radikalizzazzjoni li ssirilhom. Dawn minflok isiru messaġġiera tal-ħajja jsiru strumenti tal-mewt.

Filwaqt li sellem ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ żgħażagħ li nqatlu, u li għadhom qegħdin imutu jew jiġu feruti, sostna li dawn qegħdin ikunu l-vittmi tal-inġustizzji soċjali u n-nuqqas ta’ ġustizzja fit-tqassim tal-ġid tad-dinja.

L-Arċisqof kompla biex jgħid li l-gwerra qiegħda twassal għal sfruttament makabru tal-art li permezz tiegħu qed jistgħanew il-ftit u jibqgħu bil-ġuħ il-miljuni.

Tenna jgħid li l-politiċi għandhom l-obbligu li jkunu għażliet favur il-ħajja mill-bidu sal-aħħar u li ma jkunux parti miż-żerriegħa li twassal għal aktar imwiet.

Ekonomija

Sport