Monday, December 9, 2024

L-Arċisqof iħeġġeġ lil ggradwati biex ikunu strument ta’ rikonċiljazzjoni bil-ħiliet tagħhom

Aqra wkoll

Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla, immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna għall-gradwati l-ġodda tal-MCAST li saret ilbieraħ filgħaxija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Fl-omelija l-Arċisqof ħeġġeġ lill-gradwati ġodda biex inkunu strument ta’ rikonċiljazzjoni bil-ħiliet kollha tagħhom u jkunu rifless tal-atteġġjament ta’ Ġesù li hu rifless verament inklussiv. Talabhom ukoll li jkunu jkunu “strumenti biex fid-dinja jkun hawn iżjed ġustizzja, sewwa, tjubija, imħabba u sliem”.

Mons. Arċisqof fakkarhom li Alla ma jinsiena qatt anki meta ninsewh aħna u li għalkemm aħna midinbin u ngħaddu minn xiex ngħaddu, hu xorta jilqagħna u jqisna ħbieb tiegħu.

Fi tmiem il-quddiesa, l-Arċisqof awgura lill-istudenti “ħajja twila, ħafna ferħ u li tużaw dak kollu li l-Mulej takom għall-ġid” kif ukoll talab għall-interċessjoni ta’ Carlo Acutis fuqhom, li minkejja l-ħajja qasira tiegħu, “uriena t-triq li nagħżlu s-sewwa, is-sbuħija u nħallu lil Ġesù wkoll isibna”.

Ekonomija

Sport