Saturday, October 26, 2024

L-Arċisqof jappella lill-pulizija ma jkunux leali lejn xi partit

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratti: ALAN SALIBA

L-Arċisqof Charles Scicluna appella lill-pulizija biex ma jkunu leali lejn ebda partit u fakkarhom li l-ġurament ta’ lealtà li ħadu kien lejn ir-Repubblika ta’ Malta.

Huwa irrimarka dan waqt l-omelija fil-quddiesa li ikkonċelebbra fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-206 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija.

Monsinjur Scicluna insista li huma qaddej tar-Repubblika u tal-ebda poter ieħor, arroganti kemm ikun arroganti u vjolenti kemm ikun vjolenti, waqt li sejħilhom bħala l-garanzija taċ-ċittadini li ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi.

Huwa xebbaħ lill-pulizija ma’ nagħaġ fost l-ilpup u sostna li jridu jkunu safja daqs il-ħamiem imma jrid ikollhom l-għaqal tas-sriep sabiex ikunu ippreparati għal kull ċirkostanzi u tip ta’ kriminalitajiet ġodda.

Preżenti għall-quddiesa kien hemm, fost oħrajn, il-President tar-Repubblika George Vella u l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa li għalih kienet l-ewwel attività fil-pubbliku.

Qabel il-quddiesa l-President spezzjona l-Gwardja tal-Unur fil-preżenza tal-istess Kummissarju tal-Pulizja u l-Ministru għall-Intern, Sigurtà u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri.

Sport