Sunday, May 19, 2024

Titnieda riforma fil-Pitkalija li se tgħin biex titrażżan il-ħela

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Irridu nżidu t-trasparenza u ntejbu l-governanza fil-Pitkalija. Irridu nħarsu ‘l quddiem u ma nibqgħux nimxu bil-mod tradizzjonali iżda ndaħħlu t-teknoloġija u nrażżnu l-ħela. Irridu naraw li l-bidwi jieħu prezz ġust ta’ dak li jdaħħal fil-Pitkalija.” 

Qal dan il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo waqt li nieda riforma ġdida li se ġġedded il-proċess tal-Pitkalija, riforma li ilha mistennija s-snin u li issa wasal iż-żmien li din tiġi attwata. 

Parti integrali ta’ din ir-riforma hija l-użu ta’ teknoloġija ġdida, li se tara titjib kbir fit-twassil tal-prodott mill-bdiewa u l-bejgħ tal-prodotti mill-bejjiegħa tal-monti. B’dan il-mod se jitjieb il-kuntatt u b’hekk tiżdied it-trasparenza fil-Pitkalija. 

F’kelmtejn li għamel il-Ministru Refalo, stqarr li permezz ta’ din ir-riforma se jkunu qed jinqatgħu l-abbużi li kienu jsiru fil-Pitkalija u b’hekk nagħtu protezzjoni lill-bidwi ġenwin.

Sport