Ilbieraħ waqt il-maratona televiżiva b’risq Puttinu Cares inġabret is-somma sabiħa ta’ €3,203,028. Preżenti waqt din il-maratona kien hemm l-Arċisqof Charles li rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi talli dan qed qed ikun ġeneruż ma’ Puttinu.”
L-Arċisqof faħħar it-tema ta’ din is-sena: “Ningħaqdu fi Tbatija,” hekk kif kompla li “Puttinu jfisser li meta persuna tkun f’sitwazzjoni diffiċli ħafna li jista’ jkun li twasslha għal mewt imma ma tkunx waħedha – Aħna rridu li mmexxu din il-kultura – il-bniedem li riesaq il-mewt fuqu mhux noqtluh imma ngħinuh u nkunu miegħu. Puttinu huwa monument għal din l-għażla.”
B’tifkira tal-Monsinjur Pawlu Cremona li ħalla din id-dinja xahar ilu, l-Arċisqof Scicluna offra lil Puttinu Cares appartament biex ikun tifkira tal-Arċisqof Emeritu Cremona. “L-Arċisqof Cremona żgur li jieħu pjaċir mis-sema li jkollu dan bħala tifkira tiegħu li jkun jilqa’ lil ħutna li jkunu qed ibatu.”