Friday, November 15, 2024

L-Arċisqof jordna ħames djakni ġodda

Aqra wkoll

Illum saret l-ordinazzjoni djakonali mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna ta’ tliet seminaristi u żewġ reliġjużi: Gylan Camilleri mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn; Ian Diacono mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema; u Clive Seychell mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara. Iż-żewġ reliġjużi huma Fra Manwel Aquilina tal-Beata Marija tal-Inkarnazzjoni, tal-Ordni Karmelitan Tereżjan u Fra Ian Zammit, tal-Ordni tal-Predikaturi.

Il-quddiesa saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof fost l-oħrajn qal: “Kemm hi għażiża d-dar tiegħek Mulej tal-Eżerċti. Imma dak li kantajna fis-Salm Responsorjali huwa wkoll il-vokazzjoni tagħhom li d-dar tal-Mulej, li hija l-Knisja, mhux il-bini, imma d-dar ta’ Ġesù hija l-ġemgħa – il-poplu ta’ Alla u trid tkun ħafna għażiża għalikom inthom u tixxenqu biex tkunu xhieda tat-tenerezza u l-kompassjoni tal-Mulej għal kull wieħed u waħda minna.”

L-Arċisqof stieden lill-ħames djakni sabiex f’din il-mixja tagħhom iħallu lill-Mulej ikun hu l-qaddej tagħhom għax hu ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.

Ekonomija

Sport