Friday, November 15, 2024

L-Arġentina jaffrontaw lill-Messiku f’partita klassika

Aqra wkoll

Minn Grupp C, fit-8.00 pm, l-Arġentina jiffaċċjaw lill-Messiku f’dak li huwa meqjus bħala konfront klassiku fejn rebħa hija mperattiva għall-Albiceleste wara li fl-aħħar partita sfaw megħluba mill-Arabja Sawdija 2-1.

L-Arġentina u Lionel Messi rnexxielhom jikkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi fl-aħħar erba’ tentattivi tagħhom iżda llum jiffaċċjaw sfida kbira kontra l-Messiku.

Jekk jitilfu, jisfaw eliminati mill-kompetizzjoni, li jkun diżappunt kbir, meta wieħed iqis li kienu meqjusa bħala wieħed mill-favoriti li jirbħu din l-edizzjoni.

Il-goalkeeper Messikan, Guillermo Ochoa, kien l-eroj kontra l-Polonja, fejn salva l-pe­nalty ta’ Robert Lewandowski biex kiseb punt prezzjuż għall-Messikani. Rebħa tpoġġihom f’pożizzjoni brillanti biex jikkwalifikaw għall-fażi eliminatorja, bil-partita sussegwenti kontra kontra l-Arabja Sawdija.

Iż-żewġ timijiet jinsabu ddisprati għal rebħa  u b’hekk din il-partita għandha tirriżluta bħala waħda ferm emozzjonanti.

Iż-żewġ timijiet m’għandhomx problemi ta’ players imweġġgħin u għaldaqstant mistennija jinżlu bl-aqwa elementi tagħhom.

Ekonomija

Sport