Wednesday, April 24, 2024

Rebħa hija mperattiva għall-Polonja biex jikkwalifikaw

Aqra wkoll

Minn Grupp C, is-Sibt fis-2.00 pm, il-Polonja jiltaqgħu kontra l-Arabja Sawdita fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom jekk iridu jikkwalifikaw.

Il-Pollakki bdew il-grupp bi draw ta’ mingħajr goals kontra l-Messiku, liema partita rat lil Robert Lewandowski jkollu penalty salvat.

L-edizzjoni tal-1986 kienet l-aħħar darba li l-Pollakki għaddew mill-fażi tal-gruppi u jekk iridu jagħmlu dan din id-darba … rebħa hija mperattiva … għalkemm fil-veritá l-pressjoni tinsab kollha fuqhom.

L-Arabja Sawdija rreġistraw wieħed mill-akbar xokkijiet tat-Tazza tad-Dinja fl-ewwel logħba tal-grupp tagħhom meta għelbu lil wieħed mit-timijiet favoriti li jirbħu din l-edizzjoni, l-Arġentina bl-iskor ta’ 2-1, biex poġġew lilhom infushom f’pożizzjoni tajba għall-ewwel żewġ postijiet … u huma l-uniku team li rebaħ fl-ew­wel ġurnata f’dan il-grupp.

Din il-partita għandha tirriżluta bħala waħda bilanċjata u mhux eskluż li tista’ tispiċċa fi draw.

Il-Polonja għandhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni

Min-naħa l-oħra għall-Arabja Sawdija, Ya­sir Al Shahrani kiser ix-xedaq wara daħla kerha fir-rebħa fuq l-Arġentina u għalhekk se jitlef din il-logħba.

Salman Al Faraj kellu joħroġ ftit qabel il-mistrieħ fl-ewwel logħba, minħabba injury, għalhekk irid jiġi assessjat qabel din il-partita.

Sport