Thursday, April 18, 2024

L-armata Niġerjana tgħid li lesta żżomm l-ordni fil-pajjiż hekk kif ikomplu d-dimostrazzjonijiet kontra l-pulizija

Aqra wkoll

L-armata Niġerjana qalet li lesta taġixxi b’mod deċiż biex tara li jinżamm l-ordni fil-pajjiż u li l-liġi tibqa’ tiġi osservata fl-istess waqt li dimostranti li niżlu fit-toroq biex jipprotestaw kontra l-brutalità tal-pulizija qalu li se jkomplu għaddejjin bil-protesti taħghom.

Id-dimostrazzjonijiet żvolġew kuljum matul din l-aħħar ġimgħa bil-għan li ssir riforma fil-forza tal-pulizija. Il-Pulizija min-naħa tagħha rrispondiet għall-protesti b’atti ta’ vjolenza fil-konfront tad-dimostranti, fejn anke għamlet użu minn gass tad-dmugħ. Amnesty International qalet li fi wħud mill-inċidenti anke ġew sparati tiri ta’ armi tan-nar. Il-grupp favur id-drittijiet tal-bniedem kompla jgħid li fil-protesti nqatlu mill-inqas għaxar persuni.

Intant aktar kmieni din il-ġimgħa l-Pulizija qablet li ma tibqax tirrikorri għall-forza kontra d-dimostranti.

Il-militar min-naħa l-oħra ħareġ stqarrija li kienet twissi lil kull min jaqla’ l-inkwiet fil-pajjiż.

L-istqarrija kienet tgħid li l-armata Niġerjana hija lesta li tappoġġja l-awtorità ċivili biex iżżomm l-ordni u tħares il-liġi u se tkun qed taġixxi b’mod deċiż fil-konfront ta’ kull sitwazzjoni.

L-istqarrija ma għamlet l-ebda referenza għad-dimostrazzjonijiet kontra l-pulizija.

Ekonomija

Sport