Monday, November 11, 2024

L-armata tal-Myanmar toqtol aktar minn 30 persuna f’attakk f’monasteru

Aqra wkoll

Aktar minn 30 persuna nqatlu f’monasteru fl-Istat Shan fin-Nofsinhar tal-Myanmar. Fost dawk mejta kien hekk ukoll tliet patrijiet Buddisti. 

Fl-aħħar xhur, il-Myanmar rat numru dejjem jikber ta’ battalji fatali bejn il-gruppi militari u dawk ta’ reżistenza tiegħu minn meta l-ġunta ħadet il-poter f’kolp ta’ stat sentejn ilu. 

L-aktar ġlied qalil seħħ fl-Istat ta’ Shan, li jmiss mal-kapitali Nay Pyi Taw u t-Tajlandja. 

Nhar is-Sibt li għadda, il-forzi tal-ajru u l-artillerija tal-ġunta daħlu fil-villaġġ Nan Nein għall-ħabta tal-4.00 p.m. (ħin lokali) u qatlu persuni li nstabu moħbija f’monasteru. 

Filmat maħruġ mill-Karenni Nationalities Defence Force (KNDF) wera bosta iġsma ta’ persuni mejta, uħud minnhom b’ilbies oranġjo li jintlibsu mill-patrijiet Buddisti. 

Sadanittant, hemm rapporti ta’ operazzjonijiet kontinwi fi rħula oħra fiż-żona, li wasslu biex eluf ta’ nies ikollhom jiġu spustati. 

Il-militar tal-Myanmar, jew il-ġunta kif inhi magħrufa, kienu qed jittamaw li jagħmlu elezzjoni din is-sena bit-tama li dan jagħti lill-Gvern tagħhom il-leġittimità tant meħtieġa.

Sport