Wednesday, April 24, 2024

72 barrani jgħixu f’Malta qed jistennew akkomodazzjoni soċjali

Aqra wkoll

Minn fost dawk li qegħdin jistennew akkomodazzjoni soċjali hemm 72 persuni barranin li jgħixu Malta. Ikkonferma dan il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi.

Il-Ministru Galdes spjega li persuna barranija tkun tista’ tapplika għal dan il-benefiċċju jekk ikollha status ta’ refuġjat, ġejja minn pajjiż mill-Unjoni Ewropea jew miżżewġa ċittadin Malti.

Sport