Friday, January 30, 2026

L-ASA fdata bl-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Irġiel u tan-Nisa tat-Tieni Diviżjoni tal-World Aquatics

Aqra wkoll

L-ASA hija onorata li ġiet fdata bl-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Irġiel u tan-Nisa tat-Tieni Diviżjoni tal-World Aquatics.

Il-Kompetizzjonijiet se jintlagħbu fl-Indoor Pool tal-Kottonera u l-Kumpless Sportiv ta’ Tal-Qroqq bejn is-7 u t-13 ta’ April u bejn il-21 u s-26 ta’ April 2026.

L-avveniment se jospita 26 nazzjon għall-Kampjonat tal-Irġiel, u 18-il Nazzjon għall-Kampjonat tan-Nisa rispettivament minn sitt kontinenti.

Il-president tal-ASA Karl Izzo ta merħba lid-delegati, ir-referees, l-atleti, il-kowċis u l-uffiċjali tat-timijiet tal-pajjiżi parteċipanti li bla dubju se jikkontribwixxu kollha biex dan l-avveniment internazzjonali tal-waterpolo jkun suċċess, u jikkontribwixxu aktar għall-promozzjoni tal-waterpolo f’Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport