Friday, September 13, 2024

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey tniedi programm għall-coaches Maltin

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey nediet programm bl-isem ta’ Coaching Pathway li hu rikonoxxut mill-EuroHockey u l-Federazzjoni Internazzjonali ta’ dan l-isport.

Il-programm jinvolvi ammont ta’ korsijiet li jsiru kull sena f’Malta minn coaches li huma kkwalifikati f’dan is-settur.

L-ewwel kors sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fis-sala tal-kumpless tal-Hockey f’Kordin u li tmexxa mill-kowċ Olandiża Helen Lejeune. Din tal-aħħar għandha esperjenza vasta u kienet ukoll parti mit-tim Olimpiku tal-Olanda fil-passat.

Din hi l-ewwel darba li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey qed tniedi korsijiet simili li se jwasslu sabiex ikun hawn iktar coaches kwalifikati u tissaħħaħ l-istruttura professjonali f’dan l-isport.

It-tieni kors se jsir lejn l-aħħar ta’ Novembru fejn il-coaches ikomplu jimirħu fuq tattiċi u teknika li huma fundamentali f’dan l-isport dinamiku.

Ekonomija

Sport