Tliet astronawti Ċiniżi rritornaw lura fuq id-dinja wara li temmew missjoni ta’ sitt xhur abbord l-istazzjon spazjali taċ-Ċina.
Huma marru fl-ispazju fil-5 ta’ Ġunju li għadda biex jissorveljaw l-istadju finali tal-kostruzzjoni tal-istazzjon spazjali Tiangong, li tlesta f’Novembru.
L-ekwipaġġ niżel abbord il-vettura spazjali Shenzhou-14 il-Ħadd fir-reġjun awtonomu Ċiniż tal-Inner Mongolia. L-aġenzija spazjali taċ-Ċina sostniet li din il-missjoni kienet waħda ta’ “suċċess sħiħ”.
Il-Kmandant Chen Dong u sħabu Liu Yang u Cai Xuzhe qalu li kienu qed iħossuhom tajbin wara l-inżul tagħhom, f’awdjo mttella’ mix-xandar tal-istat CCTV.
Yang, l-ewwel astronawta mara taċ-Ċina, iddeskriviet din l-esperjenza bħala waħda indimentikabbli fl-istazzjoni spazjali u li “hija eċitata li tirritorna lejn il-patrija”.
Waqt li kienu fl-ispazju, it-tliet astronawti ssorveljaw il-wasla tat-tieni u t-tielet ‘modules’ għal Tiangong u ħarġu tliet darbiet mill-vettura spazjali biex jiċċekkjaw u jittestjaw il-faċilitajiet ġodda.