Saturday, October 26, 2024

L-atleta Mo Farah jipprepara biex jagħti l-addio lill-Maratona ta’ Londra … u tal-karriera

Aqra wkoll

L-atleta Mo Farah qed jipprepara biex jagħti l-addio lill-Maratona ta’ Londra hekk kif ħabbar li se jipparteċipa fiha qabel ma jirtira mill-karriera tiegħu. 

L-erba’ darbiet champion Olimpiku, li għandu 39 sena, ħabbar li din is-sena tkun l-aħħar sena ta’ tlielaq kompetittivi. 

Meta mistoqsi jekk il-Maratona ta’ Londra hijiex se tkun l-aħħar tellieqa tiegħu, huwa wieġeb li f’dan l-istadju se jieħu “tellieqa wara oħra” u jiddeċiedi jekk ikomplix. Peró din se tkun l-aħħar sena tiegħu.

“Mingħajr il-partitarji ma naħsibx li qatt kont nikseb dak li għandi,” qal Farah.

“Huwa sabiħ li f’dan l-avveniment se nsellem u nagħti l-addio li nemmen li se jkun pjuttost emozzjonali.” 

Iċ-champion tal-10,000m tal-Logħob tal-Commonwealth Eilish McColgan se tagħmel id-debutt tagħha fil-maratona li se ssir fit-23 ta’ April.

Kemm Farah kif ukoll McColgan kellhom jiġru fl-2022 iżda kellhom jirtiraw minħabba problemi ta’ fitness.

Il-Maratona ta’ Londra reġgħet ħadet postha fil-kalendarju sportiv hekk kif se ssir għall-ewwel darba wara nuqqas ta’ tliet snin minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Sport