Monday, December 9, 2024

“L-attakki fuq is-suldati xhieda ta’ kif Bernard Grech ma bidel xejn” – Il-Partit Laburista

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratt: ALAN SALIBA

Fi stqarrija maħruġa mill-PL ntqal li f’xhieda oħra li bit-tmexxija ta’ Bernard Grech, fil-Partit Nazzjonalista ma nbidel xejn, l-Oppożizzjoni qed terġa’ tippretendi li jittieħdu passi kontra s-suldati. Il-PL kompla li Fuq kollox hu evidenti li iktar minn qabel qed tmexxi l-istess fazzjoni li lesta tattakka l-istituzzjonijiet u l-forzi dixxiplinati li tant jaħdmu għal pajjiżna.

L-istqarrija tkompli tgħid li wara li f’Mejju infetħet kwerela li setgħet tefgħet is-suldati l-ħabs issa l-Partit Nazzjonalista qed jippretendi li jittieħdu passi kontra s-suldati wara allegazzjonijiet mingħajr bażi fil-mezzi tax-xandir. Kien id-deputat Joseph Ellis, li ma’ Jason Azzopardi u oħrajn iffirma l-kwerela ta’ Mejju li għadda, li fil-Parlament talab lill-Ministru għall-Intern jgħid x’passi ħa biex jinvestiga lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta wara allegazzjonijiet mingħajr ebda bażi. It-tweġiba lill-Partit Nazzjonalista hi dik li l-ikbar pass li ħa l-gvern kien dak li tejjeb il-kwalità tal-ħajja tas-suldati b’kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar. Il-pass li jmiss hu li r-rappreżentanti tal-Partit Laburista fil-gvern jibqgħu spalla ma’ spalla magħhom quddiem dawn l-attakki tal-Partit Nazzjonalista.

L-istqarrija temmet tgħid li huwa ta’ għajb kif minflok skuża ruħu għal dak li kienu diġa’ għamlu d-deputati favoriti tiegħu, Bernard Grech reġa’ approva mossa bħal dik ta’ Joseph Ellis.

Ekonomija

Sport