Sunday, December 22, 2024

“L-attakki vera fuq l-istituzzjonjiet jiġu minn dawk fosthom mill-Kap tal-Oppożizzjoni “ – il PM

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-attakki vera u proprji jiġu minn dawk fosthom mill-Kap tal-Oppożizzjoni li jmur quddiem l-Kwartier Ġeneral tal-Pulizija biex “iżeblaħ, jintimida jew jikkundizzjona l-aġir tal-Kummissarju tal-Pulizija.”

Waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti llejla, Abela żied jgħid: “Jiġu minn dawk li kontinwament li għall-kull deċiżjoni li tieħu l-Avukat Ġenerali, jattakkawha b’mod frontali.”

Fuq dan ir-rigward huwa qal: ”Insemmi mbagħad l-aġir tad-Deputat Jason Azzopardi illi għamel l-iktar ħaġa li jien naraha skandaluża, anke bħala Avukat, illi immedjatament qabel kien jaf illi Imħallef se jagħti digriet, u jekk ħass li kellu kunflitt tal-interess kellu rimedju sempliċi illi jirrikużah bil-mezzi legali illi tipprovdi l-liġi, m’għamilx hekk. Mar quddiem il-midja soċjali, ra x’ivvinta fuqu biex proprju jikkundizzjona deċiżjoni ta’ qorti superjuri. Dawn huma l-vera attakki. Aħna urejna bil-kontra, nemmnu fl-istituzzjonijiet.”

Sostna li dan il-gvern, minn Jannar tal-2020, kien l-aktar wieħed li tul is-snin ta’ riżorsi lill-istituzzjonijiet biex ikunu jistgħu jaħdmu u ħallihom jagħmlu x-xogħol bl-akta mod liberu.

Qal li f’soċjetà demokratika, jistennew li kull istituzzjoni f’pajjiżna taqdi r-retta amministrazzjoni tal-ġustizzja u ebda għan ieħor.

Ekonomija

Sport