Friday, November 15, 2024

L-attenzjoni fuq il-Koreani bil-possibbiltà li jirreġistraw sorpriża fuq il-Brażil

Aqra wkoll

Il-Brażil jaffrontaw lill-Korea t’Isfel li kkwalifikaw għal dan ir-round proprju fil-ħin miżjud.

Il-Brażil ġejjin minn telfa kontra l-Kamerun bl-iskor ta’ 1-0 minkejja li kienu diġà għaddew għal din il-fażi tat-tournament. Iżda fil-verità ġew imserrħa bosta players hekk kif se jirritornaw għal dan il-konfront, biex il-coach Tite se jippreżenta l-aqwa formazzjoni possibbli.

Il-Koreani għaddew għal dan ir-round b’rebħa ta’ 2-1 fuq il-Portugall (li rebħu l-grupp) proprju b’goal fil-ħin miżjud.

Huma tilfu l-aħħar erba’ laqgħat tagħhom kontra l-Brażil fejn sofrew 13-il goal, bl-aħħar waħda tkun dik ta’ 5-1 f’partita ta’ ħbiberija aktar kmieni din is-sena.

Il-Korea t’Isfel jemmnu li jistgħu jiskorjaw, iżda l-Brażil jibdew favoriti netti li jirbħu dan il-konfront.

Għall-Brażil, players bħal Richarlison, Alisson, Casemiro, Danilo, Alex Sandro u Thiago Silva mistennija jirritornaw filwaqt li Neymar se jsirlu test aħħari biex jiġi dikjarat f’siktu wara li weġġa’ fl-ewwel logħba kontra s-Serbja. 

Iżda Gabriel Jesus u Alex Telles se jitilfu l-kumplament tat-tournament minħabba injury li sofrew kontra l-Kamerun.

Min-naħa tal-Koreani Kim Min-Jae mistenni jirritorna fid-difiża.

Ekonomija

Sport