Tuesday, May 14, 2024

Cristiano Ronaldo qed jitlob €19.9 miljuni mingħand Juventus

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, talab €19.9 miljun mingħand Juventus liema ammont ġie miftiehem miż-żewġ partijiet waqt il-pandemija tal-Covid-19.

Iżda filwaqt li l-Bianconeri qed isostnu li huma diġá ħallsuh, il-player ta’ 37 sena qed jgħid li ma rċeviex dawn il-flus. Huwa qabbad lill-avukati tiegħu biex jinformaw lill-club Taljan biex iħallsu d-dejn dovut. 

U dan qed isir meta Juventus qed jiġu nvestigati fuq irregolaritajiet fis-suq tat-trasferiment li ġabu magħhom ir-riżenja tal-bord tad-diretturi kollu.

Sport