Saturday, December 14, 2024

L-attivista Afgana arrestata wara dimostrazzjonijiet favur id-drittijiet tan-nisa tiġi meħlusa

Aqra wkoll

Sorsi li tkellmu mal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC qalu li l-attivista femminili li kienet ġiet arrestata minn persuni armati ġewwa l-Afganistan f’Jannar li għadda ġiet meħlusa. Il-każ kien seħħ fid-19 ta’ Jannar meta Tamana Zaryabi Paryani kienet ġiet arrestata f’rejd li sar fl-appartament tagħha ġewwa Kabul, u dan wara li hija kienet ħadet sehem fi protesta favur id-drittijiet tan-nisa. Is-sorsi qalu li l-istat ta’ saħħa tagħha għadu mhux magħruf.

Minn meta t-Taliban ħa l-kontroll tal-pajjiż lejn nofs is-sena li għaddiet, id-drittijiet tan-nisa ġewwa dan il-pajjiż ġew mittiefsa. Tant hu hekk li matul l-aħħar xhur kien hemm numru ta’ rapporti jallegaw li nies ma tħallewx jaddendu fl-iskejjel u għall-postijiet tax-xogħol tagħhom. 

Paryani kienet fost numru ta’ nisa li ddeċidew li jiġġieldu din l-oppressjoni billi pparteċipaw f’din id-dimostrazzjoni. Ġara iżda li ftit tal-jiem wara, hija tellgħet filmat fuq il-midja soċjali u fih talbet l-għajnuna tan-nies wara li persuni armati marru d-dar tagħha u arrestawha. 

Taħt it-tmexxija preċedenti n-nisa kienu jgawdu l-libertajiet kollha, iżda wara li t-Taliban ħa l-kontroll is-sitwazzjoni bdiet tinbidel bil-mod il-mod. 

Ekonomija

Sport