Saturday, May 4, 2024

“Jistgħu jattakkawni imma l-partit le… aħna hawn qegħdin għax għalina l-ewwel Malta”

Aqra wkoll

F’attività politika l-Ħadd filgħodu, id-Deputat Nazzjonalista u eks mexxej tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li meta n-nies isaqsuh jekk għadux imweġġa’ jew meta jistaqsu jekk il-partit hux maqgħud, Delia qal li dawn huma mistoqsijiet validi.

“Għalhekk qiegħed hawn biex inwieġeb quddiem pajjiżi, jiena l-ewwel pajjiżi, jistgħu jweġġgħuni imma lill-partit le, lil Malta le. Jistgħu jattakkawni imma l-partit le, lil Malta le. Jistgħu jgħidu kemm iridu fuqna imma aħna hawn qegħdin għax għalina l-ewwel Malta, l-ewwel il-pajjiż u għalhekk ninsew kollox, ninsew il-weġgħat, ninsew dak kollu li ppruvaw jagħmlulna u għal darba biss nuru x’jiġifieri li tkun politiku ta’ vera, li tinsa lilek innifsek u ġġib biss lil pajjiżek.”

Qal ukoll: “Għandi x-xorti li wara 16-il xahar qiegħed jitkellem għall-ewwel darba f’okkażjoni tal-PN li għaliha huwa privileġġ li nibqa’ nitkellem f’isem in-nies, f’isem il-partit li tant biddel pajjiżna, li tant għamel ġid, li biddel l-edukazzjoni, li biddel il-mod kif nitgħallmu, li biddel il-viżjon ta’ Malta fid-dinja, li kellu l-kuraġġ jiġġieled l-inġustizzji kull fejn rahom.”

Qal li l-Gvern huwa mgħoddi “bil-ġlidiet interni li jippruvaw jitfgħu fuq il-PN meta fir-realtà qed jifni l-partit fil-gvern u qed jiddispjaċini mhux biss għax din hija ġlieda politika imma għax qed taffettwa lill-eluf ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin.”

“Għandna gvern li meta jidħlu l-flus, it-tenders tal-miljuni, fil-Malta film Awards ma jimpurtax għax il-virus ma jimpurtax mill-mużika imma meta jidħlu l-festi tagħna, li hija l-kultura, il-passjoni u l-fidi tagħna, il-Gvern jagħmel minn kollox biex jillimita l-parteċipazzjoni, l-attivitajiet. Il-festi tagħna huma tagħna u mhux tal-Gvern u dawk kollha li jħobbu l-festi għandhom id-dritt li jgawdu, bir-restrizzjonijiet iva, imma jgawdu dawk li huma l-libertajiet fundamental tagħhhom.”

Sport