Thursday, April 25, 2024

L-attur famuż Russell Crowe lura f’Malta

Aqra wkoll

L-attur ta’ fama mondjali Russell Crowe intlemaħ f’Malta flimkien ma’ crew ta’ produzzjoni hekk kif dawn mistennija jiġbdu diversi xeni f’lokaliltajiet differenti madwar il-pajjiż.

Huwa mifhum li l-attur, li għandu 57 sena, mistenni jagħmel ġimgħa f’Malta flimkien mat-tim li qed jiġbed xi xeni tal-film ‘Prizefighter’. Fost il-protagonisti ta’ dan il-film hemm Matt Hookings u Ray Winstone.

L-attur Awstraljan kien ġie Malta fl-1999 meta kien ħa sehem fil-film ‘Gladiator, li kien kiseb fama internazzjonali.

Intant, fl-aħħar sigħat, Crowe beda jippubblika diversi ritratti ta’ uħud mill-postijiet f’Malta li minn numru ta’ kummenti li kien hemm jidher li qanqal sew il-kurżita fost is-segwaċi tiegħu. Fost dawn ir-ritratti huwa ppubblika wieħed fejn fih tidher Filfla u staqsa lis-segwaċi tiegħu: “Fejn ninsab bħalissa?”

Sport