Tuesday, April 23, 2024

40 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 13 oħra

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 40 każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm 13-il persuna oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 298. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Bħalissa hemm disa’ pazjenti rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom tlieta li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 885,683 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 56,585 kienu dożi tal-booster.

Sport