L-attur Robbie Coltrane, li ħadem il-parti ta’ Hagrid fil-films ta’ Harry Potter, miet fl-età ta’ 72 sena.
Coltrane beda l-karriera tiegħu fl-1979 fis-serje televiżiva Play For Today, iżda beda jikseb il-fama permezz tas-serje komika tal-BBC A Kick Up The Eighties.
Deher ukoll fis-seniela tal-ITV Alfresco tal-1983 flimkien ma’ Fry, Emma Thompson, Siobhan Redmond u Hugh Laurie.
Bejn l-1993 u l-1995, Coltrane kiseb aktar fama bħala psikologu kriminali fil-karattru ta’ Dr Eddie “Fitz” Fitzgerald fis-serje Cracker
Dan il-karattru assigurah mill-premju Bafta għall-aħjar attur għal tliet snin konsekuttivi mill-1994 sal-1996.
Forsi l-iktar rwol magħruf tiegħu jibqa’ fis-sensiela ta’ films ta’ Harry Potter hekk kif ħadem fit-tmien films kollha bħala Rubeus Hagrid flimkien ma’ Daniel Radcliffe, Rupert Grint u Emma Watson.
Fl-2016, huwa ħadem fid-drama National Treasure ta’ Channel 4 li rebħet il-Bafta, ma’ Dame Julie Walters, dwar animatur komiku u televiżiv akkużat b’abbuż sesswali tan-nisa.
Lejn tmiem is-sena li għaddiet huwa deher mill-ġdid waqt li tlaqqa’ mill-ġdid il-kast, għalkemm JK Rowling kienet assenti u dehret biss fil-filmati tal-arkivji.